LAQGĦA BEJN AWTORITAJIET MALTIN U TALJANI DWAR INĊIDENT LI FIH TILFU ĦAJJITHOM 29 IMMIGRANT
Ilbieraħ f’pajjiżna saret laqgħa ta’ kordinament organizzata mill-Aġenzija Ewropea, il-Eurojust, dwar l-inċident li seħħ ix-xahar li għadda fejn disa’ u għoxrin immigrant kienu ddaħħlu mejta Malta fuq lanċa li kienu fuqha.
Immigranti oħra li kienu ħajjin fuq l-istess lanċa ddaħħlu Messina, l-Italja.jjin fuq l-istess lanċa ddaħħlu Messina, l-Italja.
Preżenti għal-laqgħa ta’ kordinament kien hemm Maġistrat Taljan li jirrappreżenta l-uffiċċju tal-Eurojust l-Italja kif ukoll żewg Maġistrati mill-Prokura tar-Repubblika Taljana, f’Messina. Preżenti ukoll kien hemm il-Vice Questore ta’ Messina. Fil-laqgħa kien hemm preżenti il-Maġistrat inkwerenti ta’ dan il każ Dr Aaron Bugeja, ir-rappreżentant tal-Eurojust Malta, kif ukoll uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija Malti.
Sadanittant l-investigazzjonijiet qed ikomplu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en