STQARRIJA KONĠUNTA BEJN ID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA U L-MAM
Il-Kummissjoni tas-Servizzi Pubbliċi (PSC) laqgħet it-talba li saret mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Tobba (MAM) flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa li terġa’ tinfetaħ mill-ġdid is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta’ Basic Specialist Trainees u GP Trainees fl-aħjar interess tas-servizz li jingħata lill-pazjent u fl-interess tal-meritokrazija. Il-Kummissjoni tas-Servizzi Pubbliċi laqgħet din it-talba mill-MAM u d-Dipartiment tas-Saħħa fuq kundizzjoni li min kien diġà applika m’għandux għalfejn jerġa’ japplika.
Is-sitwazzjoni żviluppat wara ruling li kien ħareġ mill-bord preċedenti tal-Public Service Commission fl-2012 u li kienet ikkonfermata f’email mic-Chair preċedenti f’Novembru tal-2013 lid-Dipartiment ta’ Riżorsi Umani tad-Dipartiment tas-Saħħa. Hawnhekk kien ġie rrakomandat li meta jkun hemm sejħa għall-applikazzjonijiet, din toħroġ a bażi tar-riżultat fuq żewġ listi separati, mqassma bejn lista ta’ dawk li diġà għandhom warrant f’idejhom u lista oħra ta’ dawk li huma eliġibbli għaliha sad-data tal-ingaġġ. Għalhekk din l-għażla ma kinetx ser tirrifletti min huwa l-aktar kompetenti fuq il-livelli kollha meħtieġa fil-professjoni, peress li min ikkwalifika b’punti ħafna aktar għoljin kien qed jiġi indikat wara oħrajn b’punti aktar baxxi.
Il-MAM u d-Dipartiment tas-Saħħa qegħdin jieħdu dawn il-passi, għaliex jemmnu li għandu jkun hemm level playing field u opportunitajiet ugwali bbażati esklussivament fuq il-mertu biex dan jirriżulta fl-aħjar għażla u b’hekk il-pazjent ikun garantit l-aħjar servizz.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en