Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN ID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA U L-MAM

pr141792
Date Icon 06/08/2014

Il-Kummissjoni tas-Servizzi Pubbliċi (PSC) laqgħet it-talba li saret mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Tobba (MAM) flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa  li terġa’ tinfetaħ mill-ġdid is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta’ Basic Specialist Trainees u GP Trainees fl-aħjar interess tas-servizz li jingħata lill-pazjent u fl-interess tal-meritokrazija. Il-Kummissjoni tas-Servizzi Pubbliċi  laqgħet din it-talba mill-MAM u d-Dipartiment tas-Saħħa fuq kundizzjoni li min kien diġà applika m’għandux għalfejn jerġa’ japplika.

Is-sitwazzjoni żviluppat wara ruling li kien ħareġ mill-bord preċedenti tal-Public Service Commission fl-2012 u li  kienet ikkonfermata f’email mic-Chair preċedenti f’Novembru tal-2013 lid-Dipartiment ta’ Riżorsi Umani tad-Dipartiment tas-Saħħa. Hawnhekk kien ġie rrakomandat li meta jkun hemm sejħa għall-applikazzjonijiet, din toħroġ a bażi tar-riżultat fuq żewġ listi separati, mqassma bejn lista ta’ dawk li diġà għandhom warrant f’idejhom u lista oħra ta’ dawk li huma eliġibbli għaliha sad-data tal-ingaġġ. Għalhekk din l-għażla ma kinetx ser tirrifletti min huwa l-aktar kompetenti fuq il-livelli kollha meħtieġa fil-professjoni, peress li min ikkwalifika b’punti ħafna aktar għoljin kien qed jiġi indikat wara oħrajn b’punti aktar baxxi.

Il-MAM u d-Dipartiment tas-Saħħa qegħdin jieħdu dawn il-passi,  għaliex jemmnu li għandu jkun hemm level playing field  u opportunitajiet ugwali bbażati esklussivament fuq il-mertu biex dan jirriżulta fl-aħjar għażla u b’hekk il-pazjent ikun garantit l-aħjar servizz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow