STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Jibda l-proċess biex l-Akkademja tal-Pulizija ssir Kulleġġ
Ġie mniedi proċess mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia bl-għan li tiġi emendata l-liġi biex l-Akkademja tal-Pulizija ssir Kulleġġ.
L-għan ta’ din il-bidla hu li t-taħriġ f’dan il-Kulleġġ ikun fuq livell professjonali b’lecturers li jkunu full-timers u mhux parti mill-Korp tal-Pulizija.
Wara taħditiet li saru bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, John Lewis li kien Chief Superintendent tal-Metropolitan Police ta’ Londra u anke kien jaħdem fi Scotland Yard, is-Sur Charles Caruana Carabez li hu espert fil-qasam edukattiv u t-tmexxija tal-Akkademja attwali tal-Pulizija, ittieħdet id-deċiżjoni li l-Kulleġġ ikollu bord iffurmat minn Chairperson, Deputy Chairperson, il-Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll żewġ esperti fil-qasam. Se jkun hemm uffiċċjal ieħor separat li jkun inkarigat mil-loġistika.
Il-Kulleġġ tal-Pulizija se jkollu baġit allokat għalih li hu separat mill-baġit li jkollu disponibbli l-Korp tal-Pulizija. B’mod statutorju se jiżdied it-taħriġ ma’ kulleġġi u istituzzjonijiet internazzjonali bħalma huma iċ-CEPOL, l-INTERPOL, il-FRONTEX u l-EUROJUST.
Il-Ministru Manuel Mallia qal li l-għan ta' dan it-tibdil hu li t-taħriġ f’dan il-Kulleġġ ikun wieħed ta’ livell professjonali li jkun rikonnoxut ukoll bħala kwalifika fis-sistema edukattiva. Dan hu l-pjan tal-Gvern biex jagħmel riforma ħolistika fil-Korp tal-Pulizija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en