IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR GEORGE VELLA JILTAQA’ MAS-SOTTO SEGRETARJU TALJAN GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ SANDRO GOZI
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella ltaqa’ mas-Sotto Segretarju tal-Gvern Taljan responsabbli mill-Affarijiet Ewropej Sandro Gozi. Waqt il-laqgħa ż-żewġ naħat iddiskutew l-kriżi fil-Libja, u l-immigrazzjoni irregolari.
Dwar il-Libja, ġew diskussi l-isforzi li qed jagħmlu Malta u l-Italja, biex il-kriżi tal-Libja tingħata iktar attenzjoni mill-pajjiżi Ewropej. Dwar l-immigrazzjoni irregolari, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella faħħar il-proġett Mare Nostrum u awgura li l-Ewropa tinvolvi ruħha aktar fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari biex il-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Ewropa bħal Malta u l-Italja ma jibqgħux jissieltu waħedhom.
Waqt il-laqgħa ż-żewġ naħat faħħru l-kooperazzjoni b’saħħitha li hemm bejn Malta u l-Italja.
Waqt li kien Malta, is-Sotto Segretarju Sandro Gozi attenda għall-inawgurazzjoni tal-ħelikopter ġdid li nbena fl-Italja u li ngħata lill-Forzi Armati ta’ Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en