L-ISPEAKER JIFFIRMA L-KTIEB TAL-KONDOLJANZI FL-AMBAXXATA TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA
pr141786
06/08/2014
L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, illum iffirma l-ktieb tal-kondoljanzi fl-Ambaxxata tar-Repubblika tal-Awstrija li nfetaħ minħabba l-mewt tal-ex President tal-Kunsill Nazzjonali Awstrijak, Barbara Prammer.
Fil-messaġġ tiegħu, l-iSpeaker wera s-sogħba tiegħu għat-telfa ta’ Prammer li ħadmet bla heda għall-ġid ta’ pajjiżha kif ukoll tal-Ewropa. L-iSpeaker esprima l-kondoljanzi tiegħu u tal-Kamra tad-Deputati lill-qraba ta’ Prammer kif ukoll lill-Membri tal-Kunsill Nazzjonali u lill-poplu kollu Awstrijak.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en