Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR IS-SITWAZZJONI FIL-LIBJA

pr141781
Date Icon 05/08/2014

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jibqa’ l-ħin kollu jżomm taħt għajnejh dak li għaddej fil-pajjiż ġar il-Libja.

B’dispjaċir wieħed jinnota li s-sitwazzjoni tibqa’ instabbli u ġġenerat tensjoni fil-pajjiż. Minħabba din is-sitwazzjoni l-Ministeru ilu l-ġimgħat li avża kontra vvjaġġar lejn il-Libja u ta parir li min ma kellux għalfejn joqgħod fil-Libja jitlaq mill-pajjiż.

Sa mis-16 ta’ Lulju l-Ministeru beda jopera servizz ta’ għajnuna, pariri u informazzjoni lill-Maltin fil-Libja, mill-Crisis Centre mwaqqaf għal tal-apposta. Dan is-servizz ġie użat sewwa mill-Maltin.

Bħal ma għamlu l-maġġoranza tal-pajjiżi tal-U.E., il-Gvern vara servizz ta’ assisted departure biex jgħin lil min ried jitlaq mil-Libja jitlaq.

Sal-lum in-numru ta’ Maltin fil-Libja, bejn dawk fi Tripli, f’Bengażi u fl-oilfields, jammonta għal ftit aktar minn mija.

Il-Gvern qiegħed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-Maltin li għad fadal fil-Libja u jridu joħorġu lejn Malta, żewġ titjiriet għada wara nofsinhar, waħda minn Tripli u l-oħra minn Labraq (ħdejn Bengażi).

Dawn it-titjiriet se jħallas għalihom il-Gvern.

Barraminnhekk il-Gvern, fit-travel advice li ħareġ illum, ħabbar li għalkemm l-Ambaxxata Maltija fi Tripli se tibqa’ miftuħa, din mhix se tkun tista’ tagħti aktar assistenza konsolari wara s-6 ta’ Awwissu.

Wara din id-data, dawk il-Maltin li jkunu għadhom il-Libja u jkollhom bżonn assistenza konsolari, jew għajnuna biex jivvjaġġaw, jistgħu jagħmlu użu mill-Crisis Centre fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

Il-Ministeru jkompli jsegwi dak li għaddej u l-iżviluppi li jistgħu jseħħu, u qiegħed iżomm kuntatt ma’ pajjiżi oħra fosthom l-Italja, l-Ingilterra, il-Filippini u l-Korea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow