STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, f’isem il-Gvern Malti jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-inawgurazzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Libja, li ltaqgħet għall-ewwel darba lbieraħ, it-Tnejn 4 t’ Awissu 2014 f’Tobruk.
Il-Gvern Malti jawgura illi, fi żmien meta dan il-pajjiż ħabib u ġar tagħna għaddej minn żminijiet iebsa, dan l-ewwel pass favur id-demokrazija jkun segwit minn miżuri oħra li jħallu l-impatt pożittiv mixtieq, sabiex il-poplu Libjan ikun jista’ jgħix ħajja trankwilla fis-sigurtà u l-paċi.
Il-Gvern Malti jappella biex ix-xogħol marbut ma’ Kostituzzjoni ġdida għal dan il-pajjiż jitħaffef u jitlesta fi żmien qasir.
Filwaqt li l-Gvern Malti, kif għamel f’okkażjonijiet oħra, jagħti s-sapport u l-għajnuna kollha lejn it-twaqqif ta’ dawk l-istituzzjonijiet li jiddeterminaw il-mixja lejn demokrazija parlamentari u l-istat tad-dritt, il-Gvern Malti jikkundanna l-vjolenza kollha li ħakmet lil-Libja u jappella għall-għarfien u r-rispett lejn il-Parlament il-ġdid, għall-waqfien mill-ġlied u għall-bidu ta’ djalogu politiku bejn il-partijiet kollha involuti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en