ŻJARA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA FL-UFFIĊINI L-ĠODDA TAL-GUARDIANSHIP BOARD
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret l-uffiċċju l-ġdid ta’ fejn ser ikun qiegħed jopera l-Guardianship Board, liema uffiċċju qiegħed fl-indirizz:
Triq Patri G. Azzopardi (limiti ta’ Triq Braille), Santa Venera SVR 1614
Dr Caruana qalet li din il-wegħda elettorali kienet waħda mill-prijoritajiet ta’ dan il-Gvern u għalhekk issa beda jopera uffiċjalment il-Guardianship Board f’pajjiżna. Dan ser ikun ħolqa oħra fis-servizzi li ser jiġu offruti mill-Gvern lill-persuni b'diżabiltà u l-familji u familjari tagħhom.
Għal iżjed tagħrif fid-dettall dwar il-Guardianship Board jew biex wieħed juża s-servizz jista’ jikkuntattja direttament lir-Reġistrar tal-Guardianship Board fuq 22568249 jew fuq guardianship.mfss@gov.mt.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en