STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA
Malta u t-Turkija f’diskussjonijiet dwar kollaborazzjoni fil-qasam tal-Enerġija
Malta u t-Turkija qed iħarsu ‘l quddiem biex jikkollaboraw flimkien fil-qasam tal-enerġija. Dan intqal waqt laqgħa formali li l-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa, Dr Konrad Mizzi kellu mal-Ministru tal-Enerġija u Riżorsi Naturali tat-Turkija, Taner Yildiz, fil-kapitali tat-Turkija, Ankara.
Iż-żewġ Ministri tkellmu dwar l-iżviluppi li qed isiru fil-qasam tal-enerġija fiż-żewġ pajjiżi rispettivi filwaqt li qablu li hemm prospetti pożittivi għaż-żewġ pajjizi biex ikabbru l-kollaborazzjoni ta’ bejniethom fil-qasam tal-enerġija.
Il-Ministru Mizzi qal li t-Turkija jista’ jkollha rwol importanti b’ħidma id f'id mall-Unjoni Ewropea biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.
Għal din il-laqgħa, il-Ministru Konrad Mizzi kien akkumpanjat mill-Konslu Ġenerali ta' Malta residenti f'Istanbul, it-Turkija, is-Sur Reuben Gauci.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en