Left arrow Mur Lura

TINFETAĦ SENSIELA TA’ LAQGĦAT PUBBLIĊI DWAR L-ISTANDARDS GĦAD-DJAR RESIDENZJALI GĦALL-ANZJANI

pr141771
Date Icon 04/08/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva  Dr Justyne Caruana fetħet sensiela ta’ laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni dwar l-istandards għad-djar residenzjali għall-Anzjani li appuntu, ftit minnhom se jsiru fid-djar tal-anzjani, fosthom ukoll laqgħa f’residenza f’Għawdex. L-ewwel laqgħa saret fir-Residenza Zammit Clapp fejn kien hemm preżenti numru ta’ residenti fosthom ukoll rappreżentanti tal-kumitati rapprezentatattivi tal-istess dar.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li minkejja li kien ilna snin nisimgħu fuq il-ħtiega ta’ Standards Nazzjonali għad-djar tal-anzjani dan qatt ma sar. B’mod differenti, dan il-Gvern jemmen mhux biss li għandna nżidu s-servizz għall-anzjani imma wkoll u fuq kollox li jkollna servizzi għall-anzjani ta’ kwalità – fejn l-anzjani tagħna jkollhom is-serħan tal-moħħ li l-kura li jingħataw ser tkun kura tajba, dinjituża u li tgħodd għall-bżonnijiet tagħhom.

L-istandards minimi nazzjonali għall-kura tal-anzjani fid-djar residenzjali huma bbażati fuq diversi prinċipji fosthom: li l-persuna tkun fic-ċentru tal-kura, tiġi rispettata d-dinjità, privatezza, benessere fiżiku u psikoloġiku, is-sodisfazzjon tal-aspirazzjonjiet u potenzjal tal-persuna, l-awtonomija/empowerment, l-ugwaljanza, id-dritt li tilmenta u dritt għal rimedju legali.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzjat lil Dr Miriam Azzopardi mid-Directorate for Health Standards, lill-Fondazzjoni Xjuħija Malta u lil dawk kollha li fl-aħħar xhur taw il-kontribut tagħhom fil-proċess ta’ konsultazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow