STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
Se jinġieb Malta t-tifel ta’ nazzjonalità Eritrena biex jingħaqad ma’ missieru
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, f’koordinazzjoni mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, temm b’suċċess ħidma biex Abel Teages, tifel ta’ tliet snin ta’ nazzjonalità Eritrena, jinġieb Malta biex jingħaqad ma’ missieru, Teages Gebregzabher Gebremariam, li qiegħed f’pajjiżna bi protezzjoni umanitarja.
It-tifel safa’ waħdu l-Libja meta ommu li kienet qegħda tipprova taħrab bih, sefgħet maqtula f’inċident.
Kuntatti ma jaqtgħu xejn inbdew fil-mument li l-Kummissjoni Emigranti infurmat b’dan il-każ, wara li ġie stabbilit fejn kien jinsab it-tifel. Permezz tal-għajnuna tal-UNHCR dan ittieħed f’post sigur fi Tripli taħt il-protezzjoni ta’ entità internazzjonali.
Kuntatti oħra wasslu biex il-linja tal-ajru Medavia, ġentilment offriet li ġġib lil dan it-tifel b’xejn b’titjira li mistennija tasal Malta llum għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar.
Il-Gvern Malti mill-ġdid juri l-apprezzament sinċier tiegħu għal dan il-ġest nobbli mill-Medavia, u jirringrazzja lil dawk kollha li kellhom sehem f’din il-ħidma umanitarja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en