Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

pr141770
Date Icon 04/08/2014

Se jinġieb Malta t-tifel ta’ nazzjonalità Eritrena biex jingħaqad ma’ missieru

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, f’koordinazzjoni mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, temm b’suċċess ħidma biex Abel Teages, tifel ta’ tliet snin ta’ nazzjonalità Eritrena, jinġieb Malta biex jingħaqad ma’ missieru, Teages Gebregzabher Gebremariam, li qiegħed f’pajjiżna bi protezzjoni umanitarja.

It-tifel safa’ waħdu l-Libja meta ommu li kienet qegħda tipprova taħrab bih, sefgħet maqtula f’inċident.

Kuntatti ma jaqtgħu xejn inbdew fil-mument li l-Kummissjoni Emigranti infurmat b’dan il-każ, wara li ġie stabbilit fejn kien jinsab it-tifel.  Permezz tal-għajnuna tal-UNHCR dan ittieħed f’post sigur fi Tripli taħt il-protezzjoni ta’ entità internazzjonali.

Kuntatti oħra wasslu biex il-linja tal-ajru Medavia, ġentilment offriet li ġġib lil dan it-tifel b’xejn b’titjira li mistennija tasal Malta llum għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar.

Il-Gvern Malti mill-ġdid juri l-apprezzament sinċier tiegħu għal dan il-ġest nobbli mill-Medavia, u jirringrazzja lil dawk kollha li kellhom sehem f’din il-ħidma umanitarja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow