STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
Il-Gvern jinnota kif il-Kap tal-Oppożizzjoni għal darb’oħra qed jipprova jiżra’ id-dubji u jdaħħal il-politika partiġġjana fuq ix-xogħol serju u bi pjan li qed jagħmel il-Gvern biex jara li kull persuna Maltija fil-Libja tkun sigura u jkollha l-mezzi kif tiġi lura. Dawn il-mezzi ilhom jiġu pprovduti ġimgħat sħaħ mingħajr daqq ta’ trombi.
L-attitudni li qed tieħu l-Oppożizzjoni ta’ Simon Busuttil hija għal kollox negattiva meta kkomparata mal-ħidma pożittiva tal-Oppożizzjoni fl-2011 li kienet koperattiva u flok ippruvat tfixkel, ħadmet biex tkun ta’ għajnuna fl-interess nazzjonali.
Kif ikkonfermaw dawk kollha li ġew lura mil-Libja, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kien qed jaħdem lejl u nhar biex jipprovdi kwalunkwe għajnuna liċ-ċittadini Maltin fil-Libja. Il-ħidma tal-Gvern Malti qed tħalli l-frott fi żmien daqstant sensittiv u volatili fil-pajjiż ġar tagħna.
L-aħħar ħaġa li għandu jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni f’dan l-istadju hu li bil-kummenti tiegħu jipprova jfixkel mhux jikkopera.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en