INĊIDENT LI JINVOLVI NIRIEN FIL-VIĊINITÀ TAL-MISSJONI PERMANENTI TA’ MALTA GĦAN-NAZZJONIJIET MAGĦQUDA
Il-Ġimgħa l-1 ta’ Awwissu 2014, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, inċident f’ristorant bieb ma’ bieb mal-Missjoni Permanenti, irriżulta f’nar sinifikanti.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jixtieq jinfroma li dan l-inċident, filwaqt li ħalla impatt fuq x-xogħol tal-Missjoni Permanenti f’dak il-jum, ma rriżultax f’ħafna danni strutturali għall-Missjoni Permanenti nnifisha, u l-Missjoni qiegħda f’pożizzjoni sabiex terġa’ tassumi x-xogħol tagħha fir-rappreżentanza ta’ Malta fin-Nazzjonijiet Magħquda u għas-servizz tal-komunità Maltija fi New York mit-Tnejn 4 ta’ Awwissu 2014. Minkejja li n-nar infirex fil-bini ċirkostanti, il-bini tal-Missjoni Permanenti ma ġarrabx ħsarat estensivi, u mhux previst li jaffetwaw ix-xogħol tal-Missjoni, għad li jridu jiġu analizzati fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin.
Il-Missjoni Permanenti tixtieq tirringrazzja s-servizzi effiċjenti u kortevoli tad-Dipartiment tan-Nar tal-Belt ta’ New York, id-Dipartiment tal-Pulizija tal-Belt ta’ New York, Aġenti tas-Sigurtà Diplomatika, kif ukoll l-Uffiċċju Internazzjonali fl-Uffiċċju tas-Sindku ta’ New York, kif ukoll kull servizz ta’ emerġenza ieħor li taw l-assistenza u l-kooperazzjoni tagħhom waqt in-nirien, li għeddew il-propjetà tal-Missjoni direttament. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jixtieq jirringrazzja wkoll lill-istaff kollu tal-Missjoni għall-azzjonijiet f’waqthom li ttieħdu waqt l-inċident.
Il-Missjoni Permanenti tixtieq tinforma li l-ebda Uffiċjal Diplomatiku kif ukoll l-ebda min-nies ingaġġati lokalment ma korrew f’dan l-inċident, u kull prekawzjoni ttieħdet sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà tagħhom.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en