Left arrow Mur Lura

IL-GVERN MALTI SE JĠIB MALTA GĦADD TA’ MALTIN MIL-LIBJA

pr141757
Date Icon 02/08/2014

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jinnota bi pjaċir li wara kuntatti li saru bejn il-Ministeru u l-kumpanija Virtu Ferries, numru ta’ Maltin li kienu fi Tripli, il-Libja, se jinġiebu Malta.  Il-katamaran mistenni li jasal Malta wara s-sebgħa tal-lejla.

Permezz tal-Ministeru, il-Gvern jixtieq jirringrazzja u juri l-apprezzament tiegħu lill-kumpanija Virtu Ferries, u b’mod partikolari lid-Diretturi, li meta kienu jafu li katamaran tagħhom ġie chartered minn kumpanija internazzjonali biex iġib impjegati tagħha mil-Libja, infurmaw lill-Gvern li jekk kien se jkollhom xi spazju fuq dan il-vjaġġ, xtaqu joffru dan l-ispazju biex jintuża għal xi Maltin li riedu jirritornaw lura pajjiżhom.

Il-kumpanija Virtu Ferries ġentilment offriet dawn il-postijiet fuq il-katamaran bla ħlas.

Ta’ dan, il-Gvern huwa rikonoxxenti u jirringrazzja dan il-ġest altruistiku. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għarraf lill-Maltin fi Tripli b’din l-opportunità u ma’ dan il-vjaġġ se jaslu Malta madwar 25 Malti minn Tripli.

Sadanittant kuntatti kontinwi għaddejjin ma’ pajjiżi bħall-Italja, il-Filippini u pajjiżi oħra biex noffru possibilità li Maltin li qegħdin Bengażi wkoll jinstab mezz kif jinġiebu lura pajjiżna.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jixtieq jinforma li qiegħed jimmonitorja s-sitwazzjoni l-ħin kollu, u qiegħed iżomm kuntatt mal-Maltin kollha li għandna d-dettalji tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow