Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TAL-ILJIELI MELLEĦIN

pr141744
Date Icon 31/07/2014

Waqt it-tnedija tal-Iljieli Melleħin, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Dr Stefan Buontempo ħabbar li din is-sena, bil-ħidma u l-impenn tal-kunsilli, qed jittellgħu madwar 100 attività kulturali f’Malta u Għawdex. Minn dawn 34 minnhom qed ikunu organizzati mill-lokalitajiet tat-Tramuntana u ta’ Għawdex.

Il-Viċi Sindku tal-Mellieħa, s-Sur Clayton Bartolo, ta d-dettalji tal-attivitajiet ippjanati fil-jiem li ġejjin għall-Iljieli Melleħin. Din se tkun is-seba’ edizzjoni tal-Iljieli Melleħin organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.  Din l-edizzjoni se tkun mtellgħa mill-Ħamis 7 ta’ Awwissu sal-Ħadd 10 ta’ Awwissu 2014. Matul dawn l-erbat iljieli wieħed se jkun jista’ jgawdi wħud mill-isbaħ elementi li għandha x’toffri l-Mellieħa.

Dr Buontempo qal ukoll li permezz ta’ inizjattivi bħal dawn li jinvolvu l-għaqdiet tal-lokal, jikber is-sens komunitarju u jkun hemm ukoll aktar kummerċ fil-lokalitajiet.

Is-Segretarju Parlamentari feraħ lill-Kunsill ta’ din il-hidma u saħaq fuq l-importanza tal-pjattaforma ta’ opportunitijet li dawn l-attivitajiet iġibu magħhom għat-talent u l-artisti mill-komunità. Attività bħal Iljieli Melleħin hija vetrina biex il-lokal juri l-potenzjal tiegħu fis-sens komunitarju, kulturali u kummerċjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow