Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr141742
Date Icon 31/07/2014

The President’s Bike Ride – Il-Ħadd 26 t’Ottubru

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca nediet l-attività The President’s Bike Ride fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet u għaqdiet tal-muturi u r-roti.  Din l-attività se ssir nhar il-Ħadd 26 t’Ottubru.

L-attività hija miftuħa għal dawk id-dilettanti kollha tal-muturi u r-roti, inkluż tfal li jsuqu r-roti. Kull parteċipant minn 16-il sena ‘l fuq se jiġi mitlub jagħti donazzjoni ta’ €10 għall-Malta Community Chest Fund.

Il-President Coleiro Preca spjegat li din l-attività se tkun festa sportiva li timmanifesta s-saħħa, s-sigurtà u s-solidarjetà. Hi sostniet li riċerka tal-akkademiku Andrew Decelis titfa’ dawl fuq in-nuqqas t’attività fiżika fost it-tfal, u żiedet li din l-attività se tkun qed tħeġġeġ lit-tfal jintegraw ruħhom f’xi tip ta’ sport.

Il-President ta’ Malta spjegat li permezz ta’ The President’s Bike Ride se ssir kampanja edukattiva fuq is-sigurtà tas-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti. Kien hawnhekk li rreferiet għal statistika li turi kif fl-aħħar erba’ snin in-numru ta’ sewwieqa tal-muturi jew ċiklisti li weġgħu fit-toroq Maltin irdoppja. Fid-dawl ta’ dan, il-President ta’ Malta sellmet lill-familji ta’ dawk li tilfu ħajjithom f’inċidenti simili.

Il-President spjegat li sfortunatament f’dawn l-aħħar għaxar snin, l-inċidenza tal-mard tal-kanċer irduppjat u għalhekk jeħtieġ li l-Malta Community Chest Fund ikompli jikber bil-għan li jkompli jkun ta’ sostenn lil dawk fil-bżonn.

Matul it-tnedija tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius li faħħar din l-inizzjattiva li torbot l-isport mal-volontarjat u spjega kif din l-attività irridu nappoġġjawha u nagħtuha s-sostenn.

Il-Kelliem għall-Oppożizzjoni responsabbli miż-Żgħażagħ u Sport, Robert Cutajar semma il-valur tas-solidarjetà marbut ma’ din l-attività u spjega l-fatt kif l-isport f'pajjiżna, inkluż dak tar-roti u l-muturi, jimxi permezz tal-volontarjat li jkun ġej dejjem mill-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi li jmexxu dawn id-dixxiplini f'pajjiżna.

Waqt it-tnedija ta’ The President’s Bike Ride tkellem ukoll il-Kordinatur tal-Attivitajiet George Azzopardi li ta dettalji dwar din l-attività. Spjega kif is-sewwieqa tal-muturi u r-roti se jsuqu fuq żewġ rotot differenti li jitilqu mill-Palazz ta’ Sant’Anton u jispiċċaw f’Ta’ Qali, wara li jkunu daru ma’ nħawi madwar Malta. Fl-għeluq tal-attività se jittellgħu żewġ wirjiet separati tar-roti u l-muturi.

Dawk interessati biex jipparteċipaw f’The President’s Bike Ride jistgħu japplikaw online fuq www.mccf.org.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow