Left arrow Go Back

KUMPANIJA ŻGĦIRA TKUN TA' EŻEMPJU GĦAL DAWK AKBAR MINNHA FIR-RIĊIKLAR TAL-ISKART

pr141735
Date Icon 30/07/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat waqt it-tnedija tal-iskema ‘Recycle and Redeem’ minn The Bakery Shop

“Kumpanija żgħira tkun ta’ eżempju għal dawk akbar minnha fir-riċiklar tal-iskart”, qal il-Ministru Leo Brincat meta dalgħodu inawgura l-inizjattiva esklussiva ‘Recycle and Redeem’ ta' The Bakery Shop ġewwa l-binja tagħhom fin-Naxxar, li kien qed jiġi inawgurat mill-ġdid illum ukoll wara li għadu kif ġie refurbished.

Il-Ministru qal li din l-inizjattiva turi li d-daqs tal-intrapriża biex jiġi mgħejjun l-ambjent ma jagħmilx differenza, filwaqt li tkompli turi li hemm għadd ta’ metodi u ideat innovattivi li bih wieħed jista’ jagħmel dan.

The Bakery Shop huwa parti minn grupp ta' outlets appoġġjati mid-ditta Golden Harvest f'seba’ lokalitajiet Maltin f’binjiet tal-istess kumpanija.

Il-Ministru Brincat sostna li The Bakery Shop ser ikun qed jimbotta ’l-quddiem ir-riċiklaġġ permezz ta’ loyalty card b'differenza għaliex tibbenefika direttament lill-konsumatur filwaqt li ttejjeb l-ambjent ta' madwarna.

Dan ser isir permezz ta’ sistema li biha min jixtri prodotti ppakkjati fil-plastik jew kartun ikunu jistgħu jibbenefikaw finanzjarjament jekk jirritornaw l-istess pakketti vojta b’sticker speċjali fuqhom wara li jagħmlu użu minnhom.

Il-Ministru radd ħajr kemm lis-Sur Daniel Coppini li oriġina din l-iskema u li jopera dawn is-seba’ outlets, kif ukoll liċ-CEO tal-Golden Harvest, li kien preżenti għall-inawgurazzjoni, għall-mod eżemplari li bih il-kumpanija tiegħu dejjem ippruvat ittejjeb  il-prodotti tagħha għas-servizz tal-konsumatur.

Huwa sellem ukoll lill-impjegati kollha preżenti.

Il-Ministru Brincat qal li din l-okkażjoni tikkonferma li s-sehem ta’ kulħadd huwa meħtieġ sabiex jirnexxi l-pjan dwar l-immaniġġjar tal- iskart.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow