IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA JŻURU DAR IL-KAPTAN FL-IMTARFA
Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia flimkien mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana għamlu żjara ta’ korteżija f’Dar il-Kaptan.
Flimkien mal-Amministrazzjoni ta’ din id-dar, il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari tkellmu fuq is-servizzi li toffri Dar il-Kaptan lil persuni b’diżabilità u lill-familjari tagħhom. Tkellmu wkoll fuq l-isfidi li jolqtu lis-settur tad-diżabilità inġenerali u kif ukoll dawk partikolari f’Dar il-Kaptan.
Kemm il-Ministru, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari tennew l-impenn tagħhom għall-kollaborazzjoni ma’ Dar il-Kaptan anke permezz ta’ Public Social Partnership u min-naħa tagħhom id-diriġenti ta’ Dar il-Kaptan filwaqt li rrikonoxxew l-għajnuna sostanzjali li dan il-Gvern qed jagħti lill-istess dar, faħħru wkoll l-impenn b’mod ġenerali fil-qasam tad-diżabiltà.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en