Left arrow Go Back

IKOMPLI JIŻDIED L-OTTIMIŻMU FOST L-AZJENDI U L-KONSUMATURI

pr141733
Date Icon 30/07/2014

Il-livell ta’ ottimiżmu fuq l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna kompla jissaħħaħ bil-qawwi. Dan joħroġ ċar mir-riżultat ta’ stħarriġ xjentifiku, fost azjendi u konsumaturi Maltin u Għawdxin, li l-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ippublikat.

Għax-xahar ta’ Lulju, l-indiċi tal-fiduċja fl-ekonomija tagħna kiber għall-livell ta’ 112, li jfisser 2.3% aktar mix-xahar ta’ Ġunju u 10% aktar mill-livell reġistrat fl-aħħar xahar tal-amministrazzjoni preċedenti. L-akbar titjib ġie reġistrat fost operaturi fis-settur tas-servizzi, fis-settur tar-retail, u fost il-konsumaturi Maltin u Għawdxin.

F’Lulju kien hemm irkuprar sinifikanti fil-kunfidenza fost azjendi industrijali li nnutaw żieda qawwija fil-produzzjoni tagħhom filwaqt li qed jipprevedu tkabbir sostanzjali fl-ordnijiet fix-xhur li ġejjin u li mistenni jwassal għal żieda fl-impjiegi f’dan is-settur.

L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jindika li l-azjendi fis-settur tas-servizzi huma l-aktar kunfidenti fuq l-andament ekonomiku. Aktar minn kwart minnhom qed ibassru li, minkejja ż-żidiet qawwija li diġà kellhom fl-aħħar xhur, huma se jirnexxilhom iżidu l-bejgħ anke aktar. Anke fost l-operaturi fis-settur tar-retail, matul Lulju, kien hemm titjib qawwi fl-ottimiżmu dwar il-prospetti ekonomiċi tagħhom.

Fost il-konsumaturi Maltin u Għawdxin qed jirrenja sentiment pożittiv qawwi. Il-maġġoranza ta’ dawk intervistati sostnew li l-qagħda finanzjarja tagħhom tjiebet matul l-aħħar tnax-il xahar u jemmnu li se jkompli jkun hemm titjib fis-sena li ġejja. Fost l-oħrajn, il-konsumaturi Maltin u Għawdxin qed ibassru tnaqqis fl-inflazzjoni u fil-qgħad f’pajjiżna. Dan it-tbassir pożittiv qed iwassalhom biex jikkonsmaw aktar bħalissa milli kienu fi snin passati.

Minkejja dan il-konsum ikbar, statistika tal-Bank Ċentrali tindika li, meta mqabbla ma’ sena ilu, id-depożiti tal-familji Maltin u Għawdxin ma’ banek lokali laħqu l-livell rekord ta’ €8.4 biljun, kważi €700 miljun aktar mindu bdiet din l-amministrazzjoni. Dan ir-riżultat jikkonferma li ż-żieda fil-konsum qed tkun akkumpanjata wkoll ma’ żieda fl-assi finanzjarji tal-familji Maltin u Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow