Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR EDWARD ZAMMIT LEWIS JILQA’ B’SODISFAZZJONI ĊIFRI TAJBIN DWAR L-AKKOMODAZZJONI KOLLETTIVA

pr141723
Date Icon 28/07/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis jilqa’ bi pjaċir iċ-ċifri pożittivi li ġew ippubblikati dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika dwar l-Akkomodazzjoni Kollettiva.

Imqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra, f’Mejju li għadda ġie reġistrat tkabbir ta’ 9.5% fil-wasliet u ta’ aktar minn 2% fl-iljieli mqatta’ ġewwa l-lukandi u l-akkomodazzjonijiet kollettivi oħra bħal guesthouses, hostels u villaġġi turistiċi.  Iż-żieda fil-wasliet inħasset għal darb oħra ukoll fil-Gżira Għawdxija meta f’Mejju 2014 ġiet irreġistrata żieda ta’ aktar minn 2% ikkumparat ma’ Mejju 2013. Dan ifisser li l-Gzira t’Ghawdex qegħda tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq id-day trippers. Hu sinjal ċar li Għawdex qegħda ssir destinazzjoni turistika għal rasha. Dan hu indikattiv li qed tibda titwettaq il-wegħda elettorali ta’ ‘Xogħol għal Għawdex f’Għawdex’, żied jgħid il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis.

Ta’ sodisfazzjon hija ż-żieda fl-iljieli li turisti jqattgħu fil-lukandi partikolarment dawk ta’ 3 stilel fejn Mejju li għadda ra żieda ta’ kważi 8% meta mqabbel ma’ Mejju tas-sena li għaddiet.

Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena meta mqabbla mal-istess xhur tal-2013, kien hemm żieda nkoraġġanti ta’ 11% fil-wasliet.  Ta’ min jinnota b’sodisfazzjon li fl-istess xhur ikkumparati, kien hemm tkabbir ta’ kważi 9% fl-iljieli mqatta’ minn turisti ġewwa lukandi ta’ 5 stilel.  Fl-istess xhur f’Għawdex kien hemm żieda ta’ kważi 4% u ta’ aktar minn 8% fl-iljieli li turisti qattgħu f’lukandi ta’ 5 stilel u ta’ 4 stilel rispettivament.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis sostna li dawn is-suċċessi li qed jiġu kkunfermati xahar wara xahar qed isarrfu f’aktar profittibilità u żieda kif ukoll stabbilità fl-impjiegi fl-industrija tat-turiżmu.  Il-Gvern jibqa’ impenjat sabiex isostni dawn ir-riżultati pożittivi u jaħdem għall-aktar tkabbir u titjieb fil-kwalità tal-prodott turistiku fl-Gżejjer Maltin, temm jgħid il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow