Left arrow Mur Lura

JIDĦOL FIS-SEĦĦ IL-PROGETT LEJN IT-TĦADDIR TAL-KOMUNITAJIET

pr141722
Date Icon 28/07/2014

Titwettaq miżura oħra tal-Budget 2014

L-iffirmar ta’ erba’ Memoranda of Understanding bejn il-Ministeru tal-Ambjent u s-Sindki ta’ erba’ lokalitajiet magħżula mit-tramuntana, iċ-ċentru, u n-nofsinhar ta’ Malta flimkien ma’ Għawdex qed iġib fis-seħħ miżura oħra tal-Budget tal-2014 li hija maħsuba biex permezz ta’ għajnuna diretta lill-Kunsilli Lokali twassal għall-aktar tħaddir tal-komunitajiet.

Dan qalu l-Ministru Leo Brincat ftit qabel ma sar l-iffirmar tal-MOUs fil-Ministeru tiegħu mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru s-Sur Joseph F. Caruana u s-Sindki rispettivi tal-Fgura Dr Byron Camilleri, tal-Msida s-Sinj. Margaret Baldacchino Cefai, ta’ San Pawl il-Baħar is-Sur Raymond Tabone u tar-Rabat, Għawdex Dr Samuel Azzopardi.

L-iffirmar sar fil-preżenza tas-Sinj. Michelle Borg, Chief Officer Strategy fil-Ministeru, is-Sur Herman Galea, Direttur tad-Direttorat tal-Parks u s-Sur Malcolm Borg, ko-ordinatur ta’ din l-inizjattiva.

Il-Ministru Brincat qal li issa li ser jiġi fis-seħħ dan il-proġett pilota bbażat fuq proposti tal-istess Kunsilli Lokali,  li ġew mgħarbla minn uffiċjali tal-Ministeru, jawgura li dak li din is-sena nbeda bħala proġett pilota jkun jista’ jitkattar fis-snin li ġejjin fuq firxa aktar wiesgħa madwar Malta u Għawdex.

Il-Ministru Brincat qal li l-għan tal-Ministeru tiegħu huwa li fuq medda ta’ żmien maqbul mal-Ministeru tal-Finanzi, dan il-proġett ikun jista’  jinfirex fil-bliet u rħula Maltin kollha.

Huwa qal li l-lokalitajiet mhux biss intgħażlu minħabba li huma fost l-aktar li huma milqutin direttament mit-tniġġiż – speċjalment dak tat-traffiku – iżda l-Kunsilli nfushom kienu mħeġġa apposta jagħżlu żoni urbani fil-bliet u rħula tagħhom.

Filwaqt li l-Kunsilli Lokali ser ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dal-proġetti pilota flimkien mal-ħruġ tat-tenders, il-ħlas ser ikun taħt l-iskrutinju tal-Ministeru billi dawn huma fondi pubbliċi li jaqgħu taħt il-vot tal-Ministeru stess.

Barra milli ser ikun hemm tender specifications għal project landscaping li jorbtu lil kull lokal, kull Kunsill ser ikun mitlub jibgħat status report lill-Gvern biex jiffaċilita l-monitoraġġ ta’ dawn il-proġetti. Il-Ministeru ser ikun qed jagħmel ukoll compliance visits biex jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-ftehim ikunu qed jiġu osservati.

Kull tibdil li jsir għal dal-ftehim irid jiġi maqbul mal-awtoritajiet ċentrali filwaqt li l-Ministeru jkun jista’ itemm dal-kuntratt kemm-il darba l-kundizzjonijiet tiegħu ma jiġux osservati.

Il-Ministru Brincat qal li ser ikunu qed jintużaw biss siġar u pjanti indiġeni, b’rispett sħiħ għall-Pjan Nazzjonali dwar l-Ambjent u tal-Bijodiversità ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow