Left arrow Go Back

ROCKESTRA – IS-SIBT 27 TA’ SETTEMBRU 2014

pr141720
Date Icon 28/07/2014

L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Rockestra b’risq il-Malta Community Chest Fund se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru 2014 fl-MFCC Ta’ Qali. “Din hija is-sitt sena li qed tittella’ Rockestra, avveniment li beda mill-predeċessur tiegħi u li kien suċċess kull sena”, qalet il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca waqt it-tnedija.

Sostniet li din is-sena saret sejħa pubblika għal dawk li qatt ma pparteċipaw u b’sodisfazzjon kien hemm talent kbir fost l-118-il applikazzjoni li ġew sottometti. “Dan sar għaliex nemmnu f’kulħadd”, qalet il-President Coleiro Preca.

Il-President ta’ Malta spjegat kif it-tema marbuta ma’ Rockestra ta’ din is-sena hija ‘Don’t Stop Believing’. Din it-tema għandha messaġġ qawwi mhux biss għall-kantanti li sal-lum ma kellhomx opportunità jagħmlu debut sinifikanti fil-karriera tagħhom, iżda anki għal dawk kollha li nħakmu mill-marda tal-kanċer u mard kroniku ieħor biex jibqgħu jiġġieldu l-marda u jemmnu li jistgħu jfiequ.

Il-President ta’ Malta tat ħajr lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta li taħdem b’mod volontarju, lill-mijiet ta’ voluntiera u l-isponsors kollha li ressqu ’l quddiem biex jittella’ dan l-avveniment nazzjonali.  Il-President Coleiro Preca stiedent lill-familji Maltin u Għawdxin biex jiġu jsegwu dan l-ispettaklu u fl-istess ħin jgħinu lill-Malta Community Chest Fund.

Sadanittant il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Dr. Owen Bonnici faħħar l-inizzjativa tar-Rockestra li qed tagħti aktar viżibbiltà lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta permezz ta’ għan nobbli. Spjega kif dan huwa wieħed mill-ftit kunċerti li l-Orkestra tagħti s-servizz tagħha b’xejn għaliex il-flus li jinġabru jmorru għall-Malta Community Chest Fund.

Għal sena oħra, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud filwaqt li d-direzzjoni artistika tal-kunċert se tkun f’idejn Pawlu Borg Bonaci. Mro. Sigmund Mifsud wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-interess qawwi li kien hemm fl-auditions li qed isiru biex jintgħażlu numru ta’ artisti ġodda.

Minn naħa tiegħu, Pawlu Borg Bonaci spjega li dawk kollha li huma interessati jattendu għal dan l-avveniment ma jħallux għall-aħħar minħabba d-domanda qawwija għal dan l-avveniment. Mil-lum jistgħu jibdew jibbukkjaw mis-sit elettroniku www.ooii.com.mt jew inkella mill-Palazz il-Belt u l-Palazz ta’ Sant’Anton.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.rockestra.org.mt , iċempel fuq 21 226 226 jew jibgħat imejl fuq rockestra@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow