Left arrow Go Back

L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JIPPARTEĊIPA FIL-11-IL “WORKSHOP OF PARLIAMENTARY SCHOLARS AND PARLIAMENTARIANS” F’OXFORDSHIRE

pr141719
Date Icon 28/07/2014

Bejn il-26 u s-27 ta’ Lulju, fl-Università ta’ Hull f’Oxfordshire, l-Inter-Parliamentary Union flimkien maċ-Ċentru tal-Istudji Leġiżlattivi tal-istess Università, organizzaw il-11-il Workshop of Parliamentary Scholars and Parliamentarians.

Waħda mill-aktar temi li ġew diskussi matul dan il-workshop kienet tirrigwarda l-accountability fir-rigwardtal-Membri Parlamentari, kif ukoll l-accountability fir-rigward tat-twettiq u t-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea.

Fl-intervent tiegħu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati tenna li  kull forma ta’ nuqqas minn Membru jew Membri Parlamentari,  jimmina serjament il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istess politiku jew politiċi eletti u dan iwassal sabiex l-istess fiduċja tonqos ukoll lejn l-Istat u l-Istituzzjonijiet b’detriment tas-sistema politika kollha.  

Meta kien qed jikellem dwar l-Istituzzjonijiet tal-UE u t-tħaddim tagħhom, l-Ispeaker tenna li dawn l-istessIstituzzjonijiet għandhom jaraw, filwaqt li għandhom ukoll l-obbligu, li jippromwovu t-trasparenza u jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet li jittieħdu, ikunu fl-interess taċ-ċittadin Ewropew. It-trasparenza tista’ tiġi żgurata billi jiġi rrispettat id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Istituzzjonijiet tal-UE lis-soċjetà ċivili, kif stipulat mit-Trattat (art.15) dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow