AKTAR XEJRIET POŻITTIVI GĦAS-SETTUR TAL-MAJJALI
pr141718
27/07/2014
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali indirizza l-Laqgħa ĠeneraliAnnwali tal-Koperattiva tal-Majjali.
Fid- diskors tiegħu huwa faħħar ix-xogħol ta’ dawn ir-raħħala. Il-produzzjoni tal-majjal din is-senażdiedet b’9% kkumparata mas-sena l-oħra. Huwa semma ukoll it-taħdidiet li saru mis-Segretarjat u li għadhom għaddejjin ma’ azjendi Taljani li qed jixtru il-majjal ta’ Malta għall-esportazzjoni.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li 70% tal-konsumatur Malti jippreferi il-majjal Malti. Huwa ħeġġeġ lill-membri biex ikomplu għaddejjin bix-xogħol tagħhom ħalli jkomplu jtejbu l-prodott li jiddistingwi ruħu minn prodott li ġej minn barra.
Huwa semma wkoll l-iskema tal-marka ta’ kwalità li se tagħti valur miżjud lill-prodotti Maltin u li b’hekk ukoll se nkunu qed nilħqu lit-turist li jiġi jżurna.
Huwa faħħar ukoll il-lukandi li qed jissapportjaw il-prodott lokali billi qed jippreferu dan minn prodotti impurtati bħall-majjal.
Meta ħa d-domandi mill-membri preżenti huwa elabora fuq ix-xogħol ta’ ristrutturar tal-biċċerija biex din tilħaq l-istandards meħtieġa, fuq il-faċilità tal-ispulpjar u li issa l-prodott tal-majjal qed joħroġ b’tikketta li tagħti informazzjoni fuq traċċabilità, l-iskema tal-vaċċin tal-merħla Maltija tal-majjali u l-Programm Rurali 2014-2020.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en