Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-GVERN MALTI

pr141716
Date Icon 26/07/2014
Avviz fuq vjaġġar lejn u mil-Libja


Fid-dawl tas-sitwazzjoni li qed teskala fil-Libja, il-Gvern Malti qed iġedded l-avviż tiegħu kontra safar lejn il-Libja. Kif ukoll, qed iżid li qed ikompli jħeġġeġ dawk il-Maltin li għadhom fil-Libja li jitilqu mill-pajjiż permezz ta' mezzi kummerċjali.‎

Il-Gvern Malti qed jagħmel dan l-avviż fl-istess ħin ma' avviżi simili li qed joħorġu r-Renju Unit u Franza.

Il-Gvern ilu għall-aħħar ġimgħat jagħmel kuntatt mal-Maltin li hemm fil-Libja u anke organizza titjirijiet kummerċjali biex jinġiebu lura persuni Maltin li jgħixu fil-Libja. Dawn l-inizjattivi se jkomplu.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kien f'kuntatt kontinwu mal-persuni Maltin li jgħixu fil-Libja u jirriżulta li ġeneralment il-persuni li għadhom fil-Libja għamlu hekk b'għażla tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow