STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
pr141713
26/07/2014
Il-kuntatti fil-Libja biex il-persuna ta’ nazzjonalità Maltija li huwa rrapurtat li nħatfet minn milizzja fil-Libja tinġieb lura baqgħu jintensifikaw mill-Gvern Malti.
Minn informazzjoni li waslet illum minn kuntatti fil-Libja, li iżda ma jistgħux jiġu vverifikati indipendentement, jidher li din il-persuna tinsab ħajja.
Il-kuntatti se jibqgħu għaddejjin fuq livell politiku, diplomatiku u fuq kull livell possibbli u li jista’ jkun ta’ ġid għar-riżultat aħħari.
Il-Gvern jibqa’ jappella għall-prudenza minn kulħadd f'dawn il-mumenti delikati.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en