Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA

pr141712
Date Icon 26/07/2014

Illum il-Maġistrat irrilaxxa wieħed u għoxrin kadavru mid-disgħa u għoxrin immigrant li ddaħħlu mejta abbord ta’ dgħajsa l-Ħadd li għadda.

Il-proċess ħa fit-tul minħabba li kien jeħtieġ li ssir awtopsja u testijiet oħra fuq kull kadavru, b'ħafna minnhom kienu fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni. Il-kadavri ġew rilaxxati wara li saritilhom l-awtopsja, it-testijiet tossikoloġiċi kif ukoll testijiet tad-DNA.

Il-kadavri kienu rilaxxati wara li saret ukoll konsultazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, hekk kif l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani qed jikkollaboraw f'dawn l-investigazzjonijiet.

Il-kumplament tal-kadavri jiġu rilaxxati meta jitlesta l-proċess kollu.

Fl-16:00hrs se jkun qiegħed isir it-talb mill-qassis Kattoliku u rappreżentant tal-IMAM fil-Multi Faith Room fl-Isptar Mater Dei.

Fis-sigħat li ġejjin id-dfin tat-28 katavru se jkun qiegħed isir fiċ-ċimiterju tal-Addolorata filwaqt li katavru ieħor se jkun qiegħed jindifen fiċ-ċimiterju tat-Torok fil-Marsa. 

Il media se tkun qed titħalla tkun preżenti għall-ewwel ftit minuti tat-talb. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow