MAĦRUĠA ESPRESSJONI TA’ INTERESS GĦAR-RESIDENZA L-ĠDIDA GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ F’GĦAWDEX
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità llum ippubblika uffiċjalment l-Espressjoni ta’ Interess għall-postijiet f’Għawdex biex jakkomodaw persuni b’diżabilità. Din il-pubblikazzjoni qed issir wara li s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret li l-Gvern se jkun qed jagħmel l-ewwel residenza għall-persuni b’diżabilità f’Għawdex, liema proġett ġie approvat mill-kabinett wara li kien tlaqqa’ f’Għawdex stess.
Il-Gvern huwa komess li jwettaq il-wegħda elettorali tiegħu, dik li jagħti serħan tal-moħħ lill-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità anke f’Għawdex. Din kienet waħda minn sensiela ta’ inizjattivi ġodda fil-qasam residenzjali u independent living għall-persuni b’diżabilità fil-komunità mħabbra mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en