IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TILTAQA’ MAS-SEZZJONI TA’ GĦAWDEX TAL-FONDAZZJONI NANNIET MALTA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana llum ltaqgħet mas-Sezzjoni Għawdex tal-Fondazzjoni Nanniet Malta. Waqt din il-laqgħa s-Segretarjat Parlamentari u l-Fondazzjoni komplew jikkonsolidaw il-ħidma komuni u tkellmu fuq diversi proġetti u inizjattivi speċjalment dwar l-attivitajiet konnessi ma' Jum in-Nanniet li se ssir f'Ottubru fejn ukoll se jkun hemm attivitajiet f’Għawdex.
Flimkien mas-Segretarju Parlamentari, il-Fondazzjoni tan-Nanniet Malta tkellmu fuq il-kontenut tal-programm ta’ din l-attività, kif ukoll dwar attivitajiet oħra li ġejjin. Il-Fondazzjoni Sezzjoni Għawdex esprimiet ix-xewqa li tkun involuta fl-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar l-anzjanità attiva f’Għawdex għaliex hemm il-ħtieġa li din l-istrateġija titħaddem f'Għawdex ukoll.
Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari awgurat lill-Fondazzjoni għall-ħidma u involviment tagħhom u li kif bl-enerġija tagħhom ukoll qegħdin iwettqu l-kunċett ta’ anzjanità attiva u għalhekk żgur li l-kollaborazzjoni se tkompli tissaħħaħ biex f'Għawdex ukoll intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna.
Is-Segretarju Parlamentari estendiet kull appoġġ possibbli lill-Fondazzjoni Nanniet Malta speċjalment lis-sezzjoni ta' Għawdex u awgurat ħidma fejjieda f'risq in-Nanniet Għawdxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en