Left arrow Mur Lura

ANKI L-UNJONI EWROPEA NNIFISHA TAGĦRAF L-IMPORTANZA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI SOSTENIBBLI

pr141704
Date Icon 25/07/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat iżur il-kumpanija QP Management (parti mill-Corinthia Group)

"Għalkemm hemm ħafna li jixtiequ jaraw l-industrija tal-kostruzzjoni titwaqqaf ħesrem u tinqered, dan la jagħmel sens mill-aspett ekonomiku u lanqas minn dak ambjentali dment li jopera b'mod verament sostenibbli.”

Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat dalgħodu meta kien mistieden iżur il-kumpanija QP Management li hija sussidjarja tal-Grupp Corinthia.

Huwa qal li wieħed japprezza il-fatt li hekk kif il-kumpanija QP Management kibret tul is-snin f’Malta u lill hinn minnha hekk kif infirxet il-lista ta’ proġetti ta’ żvilupp tal-Corinthia Group, li minnu ħarġet din l-istess kumpanija QPM, dejjem tat importanza xierqa lill-valuri u prinċipji ambjentali u ta’ żvilupp sostenibbli fil-ħidma globali u lokali tagħha, flimkien mal-użu sostenibbli tar-riżorsi u t- teknoloġiji li jħarsu l-effiċjenza- fl-użu tal-enerġija.

Il-Ministru Brincat tenna li anki l-Unjoni Ewropea nnifisha tagħraf dan, tant li tul l-aħħar xhur ħarġet bi strateġija dwar kif tista’ saħansitra tissaħħaħ il-kompetittività sostenibbli ta' dan is-settur.

Filwaqt li l-Unjoni Ewropea tagħraf ir-rwol importanti li s-settur tal-kostruzzjoni għandu fl-ekonomija Ewropea billi jiġġenera xi 10% tal-ġid nazzjonali u jipprovdi xi 20 miljun impjieg, wieħed jeħtieġ li jara li dan jiżviluppa  b'mod sostenibbli ħalli ma jkollu ebda effett negattiv fuq l-ispazji miftuħa u jew il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.

Dment li l-qasam tal-kostruzzjoni jiġi indirizzat bil-għaqal u bil-galbu, dan jista’ saħansitra jgħin fl-adattazzjoni għall-gassijiet serra, fl-użu aktar effiċjenti tal-enerġija, kif ukoll billi jipprovdi binijiet ta' kwalità superjuri għal dawk tal-imgħoddi.

Il-Ministru Brincat tenna li kien jinsab konvint li l-kumpanija QP Management kienet waħda minn dawk il-kumpaniji li tħaddan u tħaddem din il-viżjoni flimkien ma’ dawn il-prinċipji fil-prattika kemm f'pajjiżna kif ukoll lill hinn minn xtutna.

Huwa temm jgħid li biex tirnexxi l-mixja lejn dik li tissejjaħ a Low Carbon Economy  li tant saħaq dwarha l-Prim Ministru meta ftit ilu fetaħ il-mega solar farm tal-Medserv fil-Freeport, hemm bżonn li jkollna binijiet 'low energy' li filwaqt li jtejbu l-użu effiċjenti tal-enerġija jintegraw ukoll l-użu tal-enerġija alternattiva.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow