Left arrow Mur Lura

BUSINESSENSE - INQAS BUROKRAZIJA B’ AKTAR EFFIĊJENZA

pr141703
Date Icon 25/07/2014

‘Servizz aktar effiċjenti, konsistenti u anqas burokratiku’.  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari l-Avukat Michael Falzon f’konferenza stampa li saret dalgħodu fil-binja ta’ Smart City waqt it-tnedija tal-kampanja ‘BUSINESSENSE’

Is-Segretarju Parlamentari  tenna li din l-attività hija parti minn kampanja bil-għan li tqajjem aktar kuxjenza dwar it-tnaqqis fil-burokrazija għall-intrapriżi ġodda, kif ukoll għal dawk li jridu jespandu l-operat tagħħom. Spjega kif dan il-Business Development Unit, illi ġie mwaqqaf taħt din l-amministrazzjoni, se jkompli jservi sabiex verament il-MEPA ssir aktar user friendly.

Madanakollu huwa saħaq li t-tnaqqis fil-burokrazija bl-ebda mod ma hu se jimmina l-kontabbilità u t-trasparenza. Dan għaliex għal kuntrarju tas-sistema preċedenti, kull applikazzjoni se tkun qed tiġi pproċessata minn dan il-Business Development Unit ċentralizzat fi ħdan il-MEPA, u mhux b’mod distrettwali, xi ħaga li ghandha twassal għal deċiżjonijiet li jkunu iktar uniformi u konsistenti. Is-Segretarju Parlamentari għamel referenza wkoll għall-miżuri li dan il-Gvern diġà wettaq fl-aħħar sena u nofs, u li fi kliemu huma xhieda ta’ kemm din l-amministrazzjoni hija waħda Pro Business. Fl-istess waqt, l-Avukat Michael Falzon elenka numru ta’ policies li se jkunu implimentati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, fosthom dik li tirrigwarda l-Floor Area Ratio, policy dwar il-Fuel Stations, policy għal dak li huwa bini barra ż-żona tal-iżvilupp, kif ukoll dwar is-Solar Farms. Temm jgħid li ma’ dawn, ma rridux ninsew li għaddejja wkoll d-Demerger fl-istess Awtorità, l-konsultazzjoni fuq l-ISPED, Local Plans, u ħafna xogħol iehor.

Tkellem ukoll iċ-Chairman tal-MEPA Vince Cassar, li fisser kif l-ekonomija tal-pajjiż tiddependi parzjalment minn din l-Awtorità. F’dan is-sens, żied Cassar, il-MEPA se tkompli tieħu aktar inizjattivi bil-għan li tkompli tinċentiva lil min irid jinvesti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow