Left arrow Mur Lura

IL-JUM DINJI TAL-EPATITE

pr141698mt
Date Icon 25/07/2014

Fit-28 ta’ Lulju huwa l-jum li fih tiġi mfakkra l-marda infettiva tal-Epatite, bl-għan li tinħoloq aktar kuxjenza dwar l-effetti ħżiena li tista’ toħloq din il-marda. Il-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament huma importanti li jsiru biex jitnaqsu l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jikkawżaw kanċer u l-insuffiċjenza fil-fwied.  Għalhekk huwa importanti ħafna li l-pubbliku, inklużi l-professjonisti tas-saħħa, jkunu jafu aktar fuq din il-marda.  Eżami mediku huwa importanti biex f’każ li dan jirriżulta fil-pożittiv, jiġi avviċinat speċjalista biex tinbeda l-kura.

Persuna minn kull tnax madwar id-dinja huma infettati bil-marda tal-epatite, dan jammonta għal madwar 130–170 miljun ruħ.  Epatite B u Ċ huma meqjusa bħala “il-qattiela siekta” (silent killers) dan peress li l-persuna infettata ma jkollha l-ebda tip ta’ sintomi, sakemm jibdew jidhru xi sinjali serji.  Persuni infettati jkunu qed jirriskjaw li jinfettaw persuni oħra li huma qrib tagħhom jew li jkunu attivi sesswalment magħhom.

It-tema ta’ din is-sena hija “Aħsiba sew.  Ipprevjenti l-Epatite” (Think again.  Prevent Hepatitis).  Il-prevenzjoni tista’ ssir billi tastjeni li milli tieħu drogi, tuża labar u affarijiet oħra li jintużaw għat-teħid tad-droga wara persuna oħra, uża condoms b’mod tajjeb u konsistenti u ħu t-tilqim disponibbli u skont l-iskeda.  Madanakollu huwa importanti li dawk li jaħsbu li huma infettati, għandhom jikkonsultaw speċjalista biex f’każ ta’ riżultat pożittiv isiru t-trattamenti meħtieġa biex tiġi evitata aktar ħsara.

Għal kuntratju tal-Epatite Ċ, jeżisti vaċċin għall-Epatite B.  Għalhekk huwa importanti li l-pubbliku jkun konxju u jieħu dan il-vaċċin.  Preżentament il-Gvern diġà joffri din it-tilqima mingħajr ħlas fil-klinika ġenito-urinarja (GU Clinic) għall-individwi LGBTI.  Tingħata ukoll lit-tfal, professjonisti tas-saħħa, il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Pulizija, dawk li jaħdmu mal-immigranti u individwi LGBTI.

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fassal fuljetti speċifikatament fuq l-Epatite A, B u Ċ li huma aċċessibbli miċ-ċentri tas-Saħħa, sptarijiet, ċentri ta’ detenzjoni u tal-komunità u kif ukoll fuq postijiet tax-xogħol sabiex tkompli tiżdied il-kuxjenza dwar dan il-mard infettiv. Għal aktar informazzjoni wieħed jista ukoll jżur is-sit www.sexualhealth.gov.mt jew iċempel lid-Direttorat fuq 23266000.  Biex wieħed ikun jista’ jagħmel xi testijiet mediċi jista’ jikkonsulta mat-tabib tiegħu jew iċempel lill-Klinika Ġenito-urinarja (GU Clinic) fuq 21227981.

Nhar it-Tnejn 28 ta’ Lulju se ssir out-reach f’The Point tas-Sliema, mill-ħdax ta’ filgħodu sa sagħtejn ta’ wara nofsinhar, fejn il-pubbliku jista’ jkun jaf aktar dwar l-Epatite u kif ukoll se jitqassmu l-fuljetti informattivi. Posters uffiċjali għal din il-kampanija se jitqassmu fl-isptarijiet ewlenin ma’ Malta u Għawdex, polikliniċi, Ministeri, ċ-ċentru DETOX, Sedqa, Bank tad-demm, Kunsilli lokali u f’diversi postijiet tax-xogħol.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow