UNIFORMIJIET ORĦOS B’MEDJA TA’ 10%
pr141697
25/07/2014
Fil-bidu tas-Sena Skolastika 2013/2014 tnieda proċess ta’ konsultazzjoni fuq l-uniformijiet permezz ta’ survey mal-ġenituri tat-tfal li jattendu fl-iskejjel Statali.
Il-maġġoranza assoluta tal-ġenituri xtaqu li l-uniformijiet jibqgħu jintużaw, madanakollu xtaqu li filwaqt li għandha tibqa’ l-kwalità fil-materjal tal-uniformijiet, il-prezz jorħos kemm jista’ jkun. Ġie deċiż li l-uniformijiet stabbiliti tal-Kulleġġi rispettivi għandhom jibqgħu, però jitnieda proċess fejn jintlaqgħu l-aħjar offerti fuq il-prezzijiet tal-uniformijiet.
Għalhekk tmexxa proċess pubbliku fejn kumpaniji u fornituri tal-uniformijiet ġew mistiedna joffru l-offerti tagħhom fuq il-prezzijiet tal-uniformijiet li jinbiegħu għat-tfal li jattendu l-iskejjel Statali. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess kien tali li ġiet magħżula l-kumpanijia Yorkie Clothing Ltd, bħala l-kumpanija approvata li tbigħ l-uniformijiet tal-istudenti li jattendu fl-iskejjel Statali. Id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi daħal f’kuntratt uffiċjali ma’ din l-imsemmija kumpanija għal ħames snin li ġejjin, fejn ġew stabbiliti l-prezzijiet tal-uniformijiet tal-Kulleġġi rispettivi. Huwa konfermat li filwaqt li d-disinn tal-uniformiijiet ma nbidilx, il-prezz globali tal-bejgħ tal-uniformijiet raħas fuq il-prezz li kienu jinbiegħu l-uniformijet fis-snin ta’ qabel.
Ta’ min jiċċara li dawn il-prezzijiet tal-uniformijiet japplikaw għall-iskejjel tal-istat biss, u jistgħu jiġu assigurati biss mill-fornitur approvat, jiġifieri Yorkie Clothing Ltd. Kulħadd jibqa’ liberu però li jixtri l-uniformijiet minn fornituri oħra (dejjem skont l-ispeċifikazzjonijiet preċiżi tal-uniformi kif stabbiliti mid-Direttorat), bil-prezzijiet tagħhom.
It-tabella ta’ hawn taħt telenka l-prezz globali tal-uniformijiet kompleti tal-kulleġġi rispettivi fejn joħroġ li l-uniformijiet raħsu b’medja ta’ 10%.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en