Left arrow Go Back

UNIFORMIJIET ORĦOS B’MEDJA TA’ 10%

pr141697
Date Icon 25/07/2014
Fil-bidu tas-Sena Skolastika 2013/2014 tnieda proċess ta’ konsultazzjoni fuq l-uniformijiet permezz ta’ survey mal-ġenituri tat-tfal li jattendu fl-iskejjel Statali.
Il-maġġoranza assoluta tal-ġenituri xtaqu li l-uniformijiet jibqgħu jintużaw, madanakollu xtaqu li filwaqt li għandha tibqa’ l-kwalità fil-materjal tal-uniformijiet, il-prezz jorħos kemm jista’ jkun.  Ġie deċiż li l-uniformijiet stabbiliti tal-Kulleġġi rispettivi għandhom jibqgħu, però jitnieda proċess fejn jintlaqgħu l-aħjar offerti fuq il-prezzijiet tal-uniformijiet.
Għalhekk tmexxa proċess pubbliku fejn kumpaniji u fornituri tal-uniformijiet ġew mistiedna joffru l-offerti tagħhom fuq il-prezzijiet tal-uniformijiet li jinbiegħu għat-tfal li jattendu l-iskejjel Statali.  Ir-riżultat ta’ dan il-proċess kien tali li ġiet magħżula l-kumpanijia Yorkie Clothing Ltd, bħala l-kumpanija approvata li tbigħ l-uniformijiet tal-istudenti li jattendu fl-iskejjel Statali.  Id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi daħal f’kuntratt uffiċjali ma’ din l-imsemmija kumpanija għal ħames snin li ġejjin, fejn ġew stabbiliti l-prezzijiet tal-uniformijiet tal-Kulleġġi rispettivi.  Huwa konfermat li filwaqt li d-disinn tal-uniformiijiet ma nbidilx, il-prezz globali tal-bejgħ tal-uniformijiet raħas fuq il-prezz li kienu jinbiegħu l-uniformijet fis-snin ta’ qabel.
Ta’ min jiċċara li dawn il-prezzijiet tal-uniformijiet japplikaw għall-iskejjel tal-istat biss, u jistgħu jiġu assigurati biss mill-fornitur approvat, jiġifieri Yorkie Clothing Ltd.  Kulħadd jibqa’ liberu però li jixtri l-uniformijiet minn fornituri oħra (dejjem skont l-ispeċifikazzjonijiet preċiżi tal-uniformi kif stabbiliti mid-Direttorat), bil-prezzijiet tagħhom.
It-tabella ta’ hawn taħt telenka l-prezz globali tal-uniformijiet kompleti tal-kulleġġi rispettivi fejn joħroġ li l-uniformijiet raħsu b’medja ta’ 10%.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow