Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU JILTAQA’ MAL-KUNSILL KONSULTATTIV GĦAN-NOFSINHAR TA’ MALTA

pr141694
Date Icon 24/07/2014

‘Irridu nagħmlu minn Nofsinhar ta’ Malta, destinazzjoni kulturali u turistika ta’ relevanza’ – Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis ltaqa’ maċ-Chairman Silvio Parnis, is-Segretarju Osvaldo Pace u Dr Josie Muscat membru fi ħdan il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta. Iż-żewġ partijiet iddiskutew li fin-Nofsinhar ta’ Malta hemm bżonn li jkun hemm infrastruttura turistika bażika li twitti t-triq għat-turiżmu fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Il-partijiet iddiskutew li għandhom jaħdmu minnufih fuq preżenza ta’ uffiċċju ta’ informazzjoni turistika, bajjiet ta’ aktar kwalità kif ukoll riġenerazzjoni ta’ bajjiet f’din iż-żona ta’ Malta.

Silvio Parnis ippreżenta lill-Ministru b’rapport preliminari għar-riġenerazzjoni tan-Nofsinhar ta’ Malta imħejji mill-Kumitat Konsultattiv u qara b’interess kapitlu 9 tal-istess rapport li jirrigwarda t-turiżmu.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis għamilha ċara li se jistenna u stieden lill-istess Kunsill biex ikollu rappreżentanza fil-Kumitat Konsultattiv imwaqqaf ftit taż-żmien ilu mill-istess Ministru għar-reviżjoni tal-politika u għal pjan strateġiku dwar turiżmu.

Il-partijiet ftehmu li se jinżamm kuntatt regolari sabiex ċerti inizjattvi fin-Nofsinhar ta’ Malta jiġu attwatti mill-aktar fis possibli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow