Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JINTRODUĊI KONTROLLI BIEX JIŻGURA AKTAR TRASPARENZA FIL-FINANZI PUBBLIĊI

pr141692mt
Date Icon 24/07/2014

Bħala parti mill-impenn tiegħu sabiex isaħħaħ it-trasparenza u l-akkontabilità fil-mod kif jintużaw il-fondi pubbliċi, il-Gvern implementa l-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali, liġi storika li torbot lill-gvern ma’ governanza fiskali u sostenibbli u trasparenti, qal il-Ministru għall-Finanzi l-Prof. Edward Scicluna.

L-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali tirrapreżenta pass mingħajr preċedent u innovattiv lejn l-ippjanar fiskali fit-tul hekk kif se timponi regolamenti ġodda fuq il-gvern kurrenti, kif ukoll dawk futuri, sabiex jiġi żgurat li l-finanzi pubbliċi jinżammu on track b’mod trasparenti u akkontabbli.

“Fil-passat kien hemm biss ftit istituzzjonijiet u proċessi li żammew lill-gvern responsabbli għall-mod kif jonfoq il-flus il-poplu. Fosthom kien hemm il-Public Accounts Committee, li jista’ biss jagħmel post-mortems wara li d-danni jkunu potenzjalment saru, u l-Baġit innifsu, li jkun regolarment mgħaddas b’misteri u segretezza.  L-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali se jbiddel dan kollu,” qal il-Prof. Scicluna.

Il-Prof. Scicluna spjega li l-Att legalment jistabilixxi numru ta’ regolamenti fiskali li se jiżguraw li l-prinċipji elwenin tar-responsabbiltà fiskali jinżammu, kif ukoll b’rigward l-impenni ta’ Malta lejn l-UE u r-responsabbiltajiet ta’ Malta bħala membru taż-Żona Ewro.

Il-Ministru għall-Finanzi qal ukoll li l-Att se jsaħħaħ il-proċess baġitarju u jintroduċi livell ta’ akkontabilità ferm akbar permezz tal-introduzzjoni ta’ numru ta’ kontrolli li jorbtu amministrazzjonijiet futuri ma’ tmexxija trasparenti u tiggarantixxi skrutinju pubbliku. Fosthom huma:

- Il-ħolqien ta’ Strateġija Fiskali rolling ta’ Terminu Medju (ta’ tliet snin) li jkun jeħtieġ li tiġi ppreżentata u dibattuta fil-Parlament, u li tiġi ffirmata mill-Ministru għall-Finanzi kif ukoll mill-Prim Ministru.

- Il-pubblikazzjoni ta’ Abbozz tal-Pjan Baġitarju qabel il-baġit innifsu, sabiex jiġi żgurat li d-direzzjoni tal-Gvern għall-baġit tkun trasparenti u li tkun konformi mal-prijoritajiet annwali u multi-annwali, kif ukoll mal-iStrateġija Fiskali rolling ta’ Terminu Medju.

- Rapport ta’ Nofs is-Sena li jiġi ppreżentat fil-Parlament li jagħti rapport fuq l-andament tal-gvern dwar l-implementazzjoni tal-baġit, kif ukoll dwar xi varjazzjonijiet bejn il-pjan baġitarju u l-implementazzjoni attwali tiegħu.

L-Att joħloq ukoll il-Kunsill Fiskali, li jirrapreżenta entità indipendenti li se tkun responsabbli sabiex tagħmel evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet pubbliċi lill-gvern dwar il-finanzi pubbliċi. Il-Kunsill Fiskali se jkun l-entità responsabbli għal dan l-Att. Iċ-Chairman tal-Kunsill Fiskali se jkun jista’ jitneħħa minn fuq il-Kunsill biss permezz ta’ qbil fil-parlament.

Prof. Scicluna spjega wkoll li sabiex jiġu rispettati l-allokazzjonijiet tan-nefqa tal-baġit, ir-Reviżjonijiet tal-Baġit se jitneħħew biż-żmien, u jiġu sostitwiti b’Riserva ta’ Kontinġenza li se tinħoloq bħala spiża allokata taħt l-allokazzjoni tal-baġit, imma li tkun irriżervata għal nefqiet mhux mistenija.

“Ir-regoli li se jinħolqu permezz ta’ dan l-Att huma stretti, imma hemm numru ta’ klawżoli li jippermettu lill-gvern, spazju fejn jimmanuvra f’ċirkostanzi li mhumiex mistennijja. Iżda kull nefqa addizzjonali trid tiġi spjegata b’mod ċar, u rrapurtata lill-Kunsill Fiskali,” sostna l-Prof. Scicluna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow