Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI

pr141691
Date Icon 24/07/2014

Il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali ħatar lill-Imħallef Philip Sciberras biex immedjatament imexxi inkjesta indipendenti dwar il-każ tat-tfal Ġermaniżi li nstabu f’Għawdex.

Il-Ministeru segwa b’reqqa d-dikjarazzjoni tal-Qorti dwar dan il-każ u minnufih informa lill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali li se tkun qed issir investigazzjoni indipendenti apparti dik li diġà għaddejja bħalissa bl-involviment tal-Pulizija u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, fost oħrajn.

B’differenza milli tallega l-istqarrija negattiva tal-Oppożizzjoni, il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali wieġeb kull mistoqsija parlamentari u kull domanda mill-mezzi tax-xandir dwar dan il-każ u assolutament qatt ma eskluda li ssir investigazzjoni dwar l-istess każ.

L-Imħallef Philip Sciberras se jkollu aċċess miftuħ u bla limitu għall-informazzjoni u d-dettalji li għandu bżonn biex jasal għall-konklużjonijiet indipendenti tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow