ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN – LULJU 2014: PREZZIJIET TAL-MGSs B’RATA TA’ MGĦAX FISSA
B’referenza għall-Istqarrija Nru. 141605, ta’ nhar it-Tlieta 15 ta’ Lulju, 2014 l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:
(i) 2% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (V) bi prezz ta’ €101.75 b’YTM ta’ 1.699%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 1.706%, u
(ii) 4.1% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (I) bi prezz ta’ €100.75 b’YTM ta’ 4.045%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.086%.
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn it-28 ta’ Lulju, 2014 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:
(a) fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa t-30 ta’ Lulju, 2014 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u
(b) f’nofsinhar tat-Tnejn l-4 ta’ Awwissu, 2014 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en