IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA TILTAQA’ MAL-GOZO TOURISM ASSOCIATION
F’laqgħa mal-Gozo Tourism Association, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Dr Justyne Caruana enfasizzat kemm it-turiżmu huwa pilastru ewlieni għall-ekonomija Għawdxija. Żiedet tgħid li llum, iktar minn qatt qabel, irridu nesploraw niċeċ li jkunu addattati għal Għawdex biex negħlbu mhux biss l-isfidi tal-kompetizzjoni imma wkoll l-istaġonalità li taffliġġi lil dan il-qasam f’Għawdex.
Dr Justyne Caruana qasmet mal-Gozo Tourism Association diversi ideat kif l-oqsma tal-anzjani u l-persuni b’diżabilità jistgħu jkunu setturi li jiftħu l-bibien għal turiżmu speċjalizzat fil-gżira Għawdxija. Għawdex huwa ideali biex jiġi promoss bħala Dementia Friendly Destination u għal dan l-għan offriet l-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari biex tibda ħidma fuq din il-linja.
Min-naħa tagħhom, il-Membri tal-Gozo Tourism Association esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-ideat li ġew imressqa waqt din il-laqgħa għaliex għandhom potenzjal enormi li jiġġeneraw turiżmu li jiddistingwi lil Għawdex minn destinazzjonijiet oħra.
Iż-żewġ naħat se jkunu qed jikkollaboraw flimkien biex jitwettqu l-ideat li ġew diskussi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en