SUĊĊESS L-EWWEL EDIZZJONI TA’ YOUTH MEET YOUTH
Youth meet Youth hija attività li kienet organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-EUPA li nżammet fi tmiem il-ġimgħa fil-Qawra. L-għan tal-attività kien li ż-żewġ entitajiet jiltaqgħu flimkien biex jippromwovu l-programmi u l-iskemi kemm dawk lokali fosthom Be Active u A4U u dawk tal-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-Youth Erasmus+. Skop ieħor kien li jinkoraġġixxu aktar organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jipparteċipaw fi proġetti ffinanzjati fil-qafas ta’ dan il-programm.
55 organizzazzjoni volontarja pparteċipaw f’din l-attività. Uħud mill-parteċipanti bbenefikaw mill-fondi tal-Youth in Action jew inkella ta’ skemi maħruġa mill-Aġenzija Żgħażagħ; Be Active Scheme u/jew A4U. L-organizzazzjonijiet kellhom l-opportunità li jesebixxu u jippromwovu x-xogħol u l-proġetti li għamlu, fl-oqsma differenti, mal-pubbliku in ġenerali. Din l-attività serviet biex il-pubbliku jifhem aħjar l-kontribuzzjoni edukattiva li jagħtu l-organizzazzjonijiet volontarji u l-ħaddiema maż-żgħażagħ.
Minbarra l-esebizzjoni, waqt l-attività nżammu żewġ workshops; wieħed bl-għan li jistimulaw lill-mexxejja taż-żgħażagħ biex ikunu krejattivi u jiżviluppaw attivitajiet innovattivi taħt il-qafas tal-programm Erasmus +; it-tieni workshop dwar il-provvista ta' informazzjoni u pariri għaż-żgħażagħ.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius żar l-istands tal-organizzazzjonijiet kollha preżenti u kellu opportunità jara u jisma’ dak li kellhom xi jgħidu ż-żgħażagħ. Peress li s-Segretarju Parlamentari għamel bosta żmien jaħdem f’għaqdiet volontarji, hu seta’ jifhem u japprezza aktar ix-xogħol li bosta persuni u entitajiet jagħmlu volontarjament.
Din kienet l-ewwel attività ta’ din ix-xorta u wieħed jawgura li, anke wara r-rispons pożittiv, din issir avveniment annwali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en