Left arrow Mur Lura

IS-SUMMIT TAL-COMMONWEALTH F’MALTA

pr141678
Date Icon 23/07/2014

It-temi waslu biex jiġu determinati

Dak li se joħroġ mis-summit tal-Commonwealth f’Malta għandu jagħti mbuttatura lil din l-organizzazzjoni għas-snin li ġejjin. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li t-temi li se jiġu diskussi fil-laqgħa waslu biex jiġu determinati. Dawn it-temi għandhom jolqtu mill-qrib lil dawk kollha li jgħixu fil-pajjiżi tal-Commonwealth.

Malta trid li s-summit tal-Commonwealth tkun laqgħa li ssir b’mod organizzat u ffukat u mhux bl-opulenza biex ir-riformi li hemm bżonn li jsiru fil-Commonwealth tabilħaqq jitwettqu.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem waqt laqgħa li kellu fi Glasgow mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma li radd ħajr lil Malta tar-responsabbiltà li qed terfa’ biex tlaqqa’ s-summit. Sharma qal li s-summits tal-Commonwealth f’Malta dejjem kienu kruċjali għall-ġejjieni ta’ din l-organizzazzjoni. Huwa faħħar ukoll it-tħejjijiet li qed isiru min-naħa Maltija għal din il-laqgħa u qal li kollox miexi kif ippjanat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow