Left arrow Mur Lura

MIĊĦUDA KATEGORIKAMENT L-ALLEGAZZJONI LI SE JITQAĊĊTU 2,000 SIĠRA MINN KENNEDY GROVE

pr141676
Date Icon 23/07/2014

B’referenza għal rapport ippubblikat f’ċertu sezzjonijiet tal-midja, fejn ġie allegat li mal-2,000 siġra se jitqaċċtu minn Kennedy Grove, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jiddikjara li  dan assolutament mhux minnu.

Is-siġar, li ħafna minnhom huma arbuxelli, huma mifruxin fuq tul ta’ 7.3 kilometri u mhux f’ Kennedy Grove biss bħal ma ngħad fuq l-artiklu, imma huma siġar invażivi, bħall-akaċja, li ma jistgħux jerġgħu jitħawlu, u mhux is-siġar kollha. Siġar oħrajn li nqalgħu minn posthom, tpoġġew f’lokalitajiet differenti bħal Pembroke, Marsaxlokk, Santa Venera, Ħad-Dingli u Ta’ Qali, waqt li speċi rari li nstabet f’parti tas-sit, ingħatat lil nurseries lokali u lill-ġonna tal-Argotti.

Tajjeb jingħad li n-numru ta’ siġar/arbuxelli indiġeni li se jitħawlu minflok l-ispeċi invażivi li kien hemm, se jkun akbar minn numru ta’ speċi indiġeni li kien hemm qabel ma nbeda x-xogħol. L-interventi fuq is-siġar ma sarux bl-amment, iżda wara konsultazzjonijiet intensivi bejn TM u d-Direttorat tal-MEPA.

Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li l-Gvern se jkun qed jinvesti mill-inqas 300,000 ewro f’faċilitajiet rikreattivi u tisbiħ fil-park tas-Salini biex jikkumpensa għall-inkonvenjenzi bit-twessigħ ta’ Triq il-Kosta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow