Left arrow Mur Lura

​IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CHRIS AGIUS ATTENDA GĦAL LAQGĦA INFORMALI TAL-MINISTRI TAL-UE INKARIGATI MILL-KOMPETITTIVITÀ (RIĊERKA)

pr141666mt
Date Icon 22/07/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius attenda għal laqgħa informali tal-Ministri tal-UE inkarigati mill-Kompetittività (Riċerka), li saret f’Milan.  Din il-laqgħa ffokat fuq l-infrastrutturi tar-riċerka u l-futur tal-kompetittività u r-riċerka fl-Ewropa.  Il-fulkru tad-dibattitu kien ir-rwol li l-infrastruttura tar-riċerka għandha fl-iżvilupp tal-għarfien u teknoloġiji ġodda u kif dawn jiffavorixxu fil-mobilità tar-riċerkaturi.  L-inizzjattiva kienet organizzata taħt il-Presidenza Taljana tal-Kunsill tal-UE.

Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari qal li Malta ser tkun qed tesplora l-possibilità li tipparteċipa fl-infrastruttura tar-Riċerka li huma priorità fuq livell Ewropew.  Din tista’ tkun ukoll identifikata bħala prijorità fuq bażi nazzjonali permezz ta’ allinjament mal-istrateġija speċjalizzata tagħna.  Dan jimmassimizza l-potenzjal ta’ Malta, billi jiffoka kemm ir-riżorsi umani u finanzjarji tagħha fl-Infrastrutturi tar-Riċerka li jikkumplimentaw l-kapaċitajiet u l-kompetenza lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow