VERIFIKA TAT TEKNOLOĠIJA TAL INFORMATIKA: KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U T-TAĦRIĠ
L-Awditur Ġenerali llum ippreżenta lill-iSpeaker, Rapport ieħor ta’ verifika fuq l-użu effettiv tat-Teknoloġija tal-Informatika (IT) u s-Sistemi tal-Informatika (IS) li qed jintużaw fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC).
L-għan prinċipali ta’ dan ir-Rapport kien li jiġbor u janalizza evidenza biżżejjed biex jiddetermina jekk l-ETC għandhiex il-kontrolli kollha neċessarji li jiżguraw li l-IT u l-IS tagħha qed iżommu l-integrità f’dik li hi data, sabiex ikunu protetti l-assi, jintlaħqu l-miri tal-entità b’mod effettiv, u jkunu ta’ għajnuna fl-użu effettiv tar-riżorsi relatati mal-IT li għandha l-Korporazzjoni.
Matul ix-xogħol ta’ verifika, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) rreveda 13-il applikazzjoni tas-software kif ukoll numru ta’ e-Forms, il-Website uffiċjali u l-paġna tal-Facebook tal-ETC. Ir-Rapport tal-verika jinkludi numru ta’ sejbiet prinċipali u rakkomandazzjonijiet, fejn fost l-oħrajn inħass il-bżonn li jkun hemm dokumentazzjoni formali f’dak li jirrigwardja l-istrateġija tal-IT, dokumentazzjoni tas-sistemi tal-IT u l-użu frekwenti tal-e-Forms.
Barra minn hekk, l-NAO eżamina l-operat tal-IT fi ħdan il-Korporazzjoni fejn ta numru ta’ rakkomandazzjonijiet f’dak li jirrigwardja l-użu eżistenti ta’ printers b’funzjonijiet varji sabiex dawn jintużaw bl-aħjar mod possibli, li jinżamm rendikont tal-backups u li tiġi mtejba s-sigurtà f’xi fergħat li għandha l-Korporazzjoni madwar Malta.
L-NAO għamel ukoll rakkomandazzjonijiet rigward is-Sigurtà tal-Informatika. Għaldaqstant, l-NAO rrakkomanda li l-Korporazzjoni għandha tagħmel studju profond mill-aktar fis sabiex tindirizza l-impatt fuq l-operat tal-IT, kif ukoll tagħmel valutazzjoni u tanalizza liema huma s-sistemi, u affarijiet oħra, l-aktar importanti f’dak li jirrigwardja l-IT, ħalli b’hekk tkun tista’ tagħmel pjanijiet formali f’dik li hi kontinwità tal-operat tal-IT, biex jiġu adottati mill-ETC. L-NAO hu sodisfatt li numru ta’ rakkomandazzjonijiet, kif msemmija hawn fuq, diġà qed jiġu implimentati, kif jidher fil-management comments ippreżentati mill-ETC.
Dan ir Rapport ta’ verifika jkun aċċessibbli mis sit tal Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika (www.nao.gov.mt).
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en