Left arrow Mur Lura

IPPREŻENTATI WARRANTS LIL 15-IL NUTAR ĠDID

pr141662
Date Icon 22/07/2014

F’ċerimonja ppreseduta mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, 15-il nutar ġdid rċevew il-warrants tagħhom. Il-Ministru Owen Bonnici awguralhom li jwettqu l-ħidma tagħhom bid-dinjità li dan ix-xogħol jixraqlu. Stqarr li din il-professjoni hija importanti u għalhekk jeħtieġ li jkunu xhieda ta’ etika u serjetà.

Dr Bonnici stqarr li n-Nutara Maltin u Għawdxin għandhom rwol importanti ħafna fis-soċjetà u t-tali rwol għandu jirrifletti l-prinċipji bażiċi u sodi tal-onestà, l-lealtà u r-rispett.

Huwa għalaq billi qal li bħalissa għaddejjin taħdidiet sabiex in-nutara jkollhom aċċess għall-CdB li hija database komuni li tagħti lin-nutara aċċess aktar effiċjenti għall-informazzjoni tant utli għax-xogħol tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow