Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU CARDONA JMEXXI SEZZJONI WAQT LAQGĦA INFORMALI TAL-MINISTRU TAL-KOMPETITTIVITÀ F’MILAN

pr141657
Date Icon 22/07/2014
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona, attenda għal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kompetittività li tlaqqgħet f’Milan, l-Italja.
Matul is-sessjoni plenarja, il-Ministru Cardona laqa’ l-fatt li l-kompetittività se tingħata aktar attenzjoni, bil-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-ħtieġa li dan l-aspett ikun sistematikament imħaddan fil-funzjonijet u l-operat tagħha.
Il-Ministru Cardona saħaq li n-negozji, bħala stakeholders prinċipali, għandhom rwol importanti u f’dan il-kuntest irrakkomanda li l-proċess konsultattiv mal-istakeholders jiġi formalizzat fil-prattiċi relatati mal-kompetittività li se tadotta l-Unjoni Ewropea.
Matul il-laqgħa informali, il-Ministru Cardona nħatar chairman ta’ waħda miż-żewġ sezzjonijiet tal-Kunsill, li ddiskutiet it-tema ‘The Sectoral aspect of Industrial Competitiveness mainstreaming’.
‘Fid-dawl tal-itwal kriżi li ekonomika li qatt esperjenzat l-Ewropa, it-tisħiħ tal-kompetittività tal-intrapriża Ewropea hija l-isfida ewlenija biex iġġib l-Ewropa lura fit-triq lejn tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi’ saħaq il-Ministru Cardona.
Is-sessjoni l-oħra bit-tema ‘The Dimensional Aspect of the mainstreaming’ tmexxiet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Ekonomija ta’ Lussemburgu, s-Sur Etienne Schneider.
Jakkumpanja l-Ministru Cardona, kien hemm is-Sur Mario Azzopardi, Chief of Staff fil-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

Aktar Stqarrijiet Right arrow