STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Il-Ministeru għall-Intern iħabbar b’sodisfazzjon li s-sentenza fi stadju tal-Appell kontra l-kumpanija li kienet qed tokkupa r-Rinella Film Facilities ġiet mirbuħa mill-Gvern Malti anke fi stadju ta’ Appell. Il-Gvern preċedenti kien għażel lil din il-kumpanija biex tieħu ħsieb dawn il-faċilitajiet, iżda din m’onoratx il-kuntratt bir-riżultat li l-faċilitajiet tħallew f’telqa u kawża t’hekk intilef ħafna negozju fix-xena tal-industrija tal-films.
L-aħbar li din is-sentenza intrebħet mill-Gvern Malti tkompli tissoda il-viżjoni tal-gvern għall-industrija tal-films. Il-Ministru Manuel Mallia qal li issa l-Gvern ser jimbarka fi proċess biex din l-art issir litteralment belt għall-industrija tal-films u tkun tista’ toffri s-servizzi kollha.
L-industrija tal-films issa tista’ tkompli tikber, u l-gvern jemmen li din tista’ tkun kontributur sinjifikanti fl-ekonomija tagħna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en