ĦAJJA ĠDIDA GĦAL COMMONWEALTH
Waħda mill-miri tas-summit tal-Commonwealth li se jsir f’Malta fl-2015.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-intenzjoni tal-gvern sabiex il-laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Commonwealth is-sena d-dieħla, tagħti ħajja ġdida lil din l-istituzzjoni u tagħmilha rilevanti għal ħajja tal-lum.
Il-Prim Ministru kien qed jitkellem f’Londra waqt laqgħa mar-Royal Commonwealth Society fil-Foreign and Commonwealth Office.
Dr Muscat qal li fost il-bidliet li jixtieq jara hemm dik fil-mentalità ta’ kif isir ix-xogħol fil-laqgħat tas-summit tal-Commonwealth biex ir-riżultat ikun aktar rilevanti u onest għal popli tal-pajiżi tal-Commonwealth.
Bħala eżempju l-Prim Ministru semma l-unjoni ċivili bejn koppji tal-istess sess u qal li fil-Commonwealth hemm pajjiżi li taw dan id-dritt filwaqt li oħrajn jopponu saħansitra drittijiet LGBT. Qal li f’dan l-isfond is-summit tal-Commonwealth tista’ tlaqqa’ liż-żewġ naħat madwar il-medja biex jifhmu lil xulxin.
Dr Muscat qal li Malta hija konxja li s-summit tal-Commonwealth tas-sena d-dieħla se tkun aktar minn determinanti għal mod kif il-Commonwealth trid tikseb rwol ġdid fid-dinja tal-lum.
Fil-laqgħa d-direttur tar-Royal Commonwealth Society Michael Lake qal li t-tema tas-sena d-dieħla tal-Commonwealth Society se tkun dwar iż-żgħażagħ, b'enfasi fuq l-impjiegi u l-opportunijiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en